Din id-dikjarazzjoni tal-privatezza tapplika għal websajts, servizzi u prodotti ta' Microsoft li jiġbru dejta u juru dawn it-termini, kif ukoll is-servizzi offline ta' appoġġ għal prodotti. Ma tapplikax għal dawk is-siti, is-servizzi u l-prodotti li ma jurux jew m'għandhomx link għal din in-notifika jew li għandhom dikjarazzjonijiet tal-privatezza tagħhom stess.
Jekk jogħġbok aqra s-sommarji hawn taħt u kklikkja fuq "Sir Af Aktar" għal aktar dettalji dwar tema partikolari. Tista' tagħżel ukoll mill-prodotti elenkati hawn fuq biex tara d-dikjarazzjoni tal-privatezza għal dak il-prodott. Xi prodotti, servizzi jew karatteristiċi msemmija f'din id-dikjarazzjoni jista' jkun li ma jkunux disponibbli fis-swieq kollha. Informazzjoni addizzjonali dwar l-impenn ta' Microsoft biex tipproteġi l-privatezza tiegħek tinsab f'http://www.microsoft.com/privacy.
Bosta Siti ta' Microsoft jużaw "cookies", fajls żgħar ta' test li jistgħu jinqraw minn server tal-web fid-dominju li qiegħed il-cookie fil-ħard drajv tiegħek. Nistgħu nużaw cookies biex naħżnu l-preferenzi u s-settings tiegħek; ngħinuk fid-dħul; noffru reklami mmirati; u nanalizzaw operazzjonijeit tas-sit.
Nistgħu nużaw web beacoms biex ngħinu fil-kunsinna tal-cookies u niġbru l-analitika. Dawn jistgħu jinkludu web beacons ta' partijiet terzi, li huma pprojbiti milli jiġbru l-informazzjoni personali tiegħek.
Għandek ukoll varjetà ta' għodod biex tikkontrolla l-cookies u teknoloġiji similim inkluż:
Kif Nużaw il-Cookies
Bosta mis-siti tal-Web ta' Microsoft jużaw "cookies", li huma fajls żgħar ta' test imqiegħda fuq il-ħardisk tiegħek minn server tal-Web. Il-cookies fihom test li jista' jinqara minn server tal-web fid-dominju li jkun ħariġlek il-cookie. It-test ta' sikwit jikkonsisti fi string ta' numri u ittri li jidentifikaw il-kompjuter tiegħek b'mod uniku, iżda jista' jkun fihom ukoll informazzjoni oħra. Hawn eżempju tat-test maħżun f'cookie li Microsoft jista' jkun qiegħdet fil-ħardisk tiegħek meta żort wieħed mis-siti tal-web tagħna: E3732CA7E319442F97EA48A170C99801
Aħna nistgħu nu il-cookies għal:
Xi wħud mill-cookies li nużaw komunement huma elenkati fiċ-ċart li ġejja. Din il-lista mhix eżawrenti, iżda hija maħsuba biex turi xi wħud mir-raġunijiet għaliex nissettjaw il-cookies. Jekk iżżur wieħed mis-siti tal-web tagħna, is-sit jista' jissettja l-cookies li ġejjin kollha, jew xi wħud minnhom:
Barra l-cookies Microsoft tista' tissettja meta inti żżur is-siti tal-web tagħna, partijiet terzi jistgħu jissettjaw ukoll ċerti cookies fil-ħard drajv tiegħek meta int iżżur siti ta' Microsoft. F'xi każijiet, dan ikun għaliex inkunu ingaġġajna lill-parti terza biex tipprovdi ċerti servizzi f'isimna, bħal analitika tas-sit. F'xi każijiet oħrajn, dan huwa għaliex il-paġni tal-web tagħna fihom kontenut jew reklami minn partijiet terzi, bħal vidjos, kontenut tal-aħbarijiet jew reklami mwassla minn netwerks oħrajn tar-reklami. Minħabba li l-brawżer tiegħek jaqbad mas-servers tal-web ta' dawk il-partijiet terzi biex jirkupra dak il-kontenut, dawk il-partijiet terzi jistgħu jissettjaw jew jaqraw il-cookies tagħhom stess fuq il-ħard drajv tiegħek.
Kif Tikkontrolla l-Cookies
Pereżempju, f'Internet Explorer 9, tista' tħassar il-cookies billi ssegwi l-passi li ġejjin:
Struzzjonijiet biex timblokka cookies fi brawżers oħrajn huma disponibbli f'http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies/.
Kun af li jekk tagħżel li timblokka l-cookies, jista' jkun li ma tkunx tista' tidħol jew tuża karatteristiċi interattivi oħrajn ta' siti u servizzi ta' Microsoft li jiddependu fuq il-cookies, u xi preferenzi tar-reklamar li huma dipendenti fuq il-cookies jistgħu ma jiġux irrispettati.
Struzzjonijiet għat-tħassir tal-cookies fil-browsers oħra huma disponibbli f’http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies/.
Kun af li jekk tagħżel li tħassar il-cookies, kwalunkwe settings u preferenzi kkontrollati minn dawk il-cookies, inklużi l-preferenzi tar-reklamar, jitħassru u jistgħu jeħtieġu li jinħolqu mill-ġdid.
Kontrolli tal-Brawżer għal "Issegwix" u Protezzjoni tas-Segwitu. Xi brawżers aktar ġodda inkorporaw il-karatteristiċi "Issegwix". Ħafna minn dawn il-karatteristiċi, meta jinxtegħlu, jibagħtu sinjal jew preferenza lis-siti tal-web li żort li tindika li ma tixtieqx tibqa' segwit. Dawk is-siti (jewkontenut ta’ partijietterzif’dawk is-siti) jistgħu jibqgħu involuti f'attivitajiet li inti tista' tqis bħala segwitu anke jekk tkun esprimejt dik il-preferenza, dan skont il-prassi tal-privatezza tas-siti.
Internet Explorer 9 u 10 għandhom karatteristika msejħa Protezzjoni tas-Segwitu li tgħin tipprevjeni li s-siti tal-web li żżur ma jibagħtux awtomatikament id-dettalji dwar iż-żjara tiegħek lil fornituri ta' kontenut ta' partijiet terzi. Meta żżid Lista ta' Protezzjoni tas-Segwitu, Internet Explorer jimblokka kontenut minn partijiet terzi, inklużi cookies, minn kwalunkwe sit li huwa elenkat bħala sit li jrid jiġi mblokkat. Billi jillimita s-sejħiet għal dawn is-siti, Internet Explorer jillimita l-informazzjoni li dawn is-siti ta' partijiet terzi jirċievu dwarek. U meta jkollok attivata Lista ta' Protezzjoni tas-Segwitu, Internet Explorer jibgħat sinjal jew preferenza Issegwix lis-siti tal-web li inti żżur. Barra minn hekk, fl-Internet Explorer 10 inti tista’ taqleb id-DNT “mitfi” jew “mixgħil” b’mod indipendenti, jekk inti tixtieq. Għal aktar informazzjoni dwar il-Listi ta' Protezzjoni tas-Segwitu u Issegwix, jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjoni tal-privatezza ta' Internet Explorer jew Għajnuna Internet Explorer.
Kumpaniji individwali tar-reklamar jistgħu joffru wkoll dawn il-kapaċitajiet ta' ħruġ tagħhom stess flimkien ma' għażliet tar-reklamar aktar avvanzati. Pereżempju, il-kontrolli tal-preferenzi u tal-ħruġ mir-reklamar ta' Microsoft huma disponibbli f'http://choice.live.com/advertisementchoice/. Innota li meta toħroġ dan ma jfissirx li ma tibqax tirċievi aktar reklami jew tara inqas reklami; madankollu, jekk toħroġ, ir-reklami li tirċievi ma jibqgħux aktar immirati skont l-imġiba. Barra minn hekk, l-għażla li toħroġ ma twaqqafx milli l-informazzjoni tmur lejn is-servers tagħna, iżda twaqqaf il-ħolqien tagħna jew l-aġġornament tal-profili li jistgħu jintużaw għar-reklamar komportamentali.
Kif Nużaw il-Web Beacons
Il-paġni tal-web ta' Microsoft jista' jkun fihom immaġnijiet elettroniċi magħrufa bħala web beacons - kultant imsejħa single-pixel gifs - li jistgħu jintużaw biex jgħinu biex jitwasslu l-cookies fis-siti tagħna, iħalluna ngħoddu l-utenti li żaru dawk il-paġni u biex iwasslu servizzi mmarkati b'mod konġunt. Nistgħu ninkludu web beacons fil-messaġġi elettroniċi promozzjonali jew fin-newsletters tagħna sabiex niddeterminaw liema messaġġi nfetħu u ttieħdet azzjoni dwarhom.
Nistgħu naħdmu wkoll ma' kumpaniji oħrajn li jirreklamaw fuq siti ta' Microsoft biex iqiegħdu web beacons fuq is-siti tagħhom jew fir-reklami tagħhom sabiex iħalluna niżviluppaw statistika dwar kemm sikwit l-ikklikkjar fuq reklam fuq sit ta' Microsoft iwassal għal akkwist jew azzjoni oħra fuq is-sit tar-reklamatur.
Fl-aħħar nett, is-siti ta' Microsoft jistgħu jużaw ukoll il-web beacons minn partijiet terzi sabiex jgħinuna niġbru statistika dwar l-effettività tal-kampanji promozzjonali tagħna jew operazzjonijiet oħrajn tas-siti tal-web tagħna. Dawn il-web beacons jistgħu jħallu lil partijiet terzi jissettjaw jew jaqraw cookie fuq il-kompjuter tiegħek. Nipprojbixxu partijiet terzi milli jużaw web beacons fuq is-siti tagħna biex jiġbru jew jaċċessaw l-informazzjoni personali tiegħek. Madankollu, jista' jkun li tkun tista' toħroġ mill-ġbir tad-dejta jew l-użu minn dawn il-kumpaniji tal-analitika ta' partijiet terzi billi tikklikkja l-links għal kull wieħed mill-fornituri tal-analitika li ġejjin:
Teknoloġiji Simili Oħrajn
Barra mill-cookies u l-web beacons standards, siti tal-web jistgħu jużaw teknoloġiji oħrajn biex taħżen u taqra fajls tad-dejta fil-kompjuter tiegħek. Dan jista' jsir biex iżżomm il-preferenzi tiegħek jew ittejjeb il-veloċità u l-prestazzjoni billi taħżen ċerti fajls lokalment. Iżda, bħal cookies standard, jista' jintuża wkoll biex jinħażen l-identifikatur uniku għall-kompjuter tiegħek, li mbagħad jista' jintuża biex isegwi l-imġiba. Dawn it-teknoloġiji jinkludu Oġġetti Xxerjati Lokalment (jew "Flash cookies") u Silverlight Application Storage.
Oġġetti Xxerjati Lokalment jew "Flash cookies". Siti tal-web li jużaw teknoloġiji ta' Adobe Flash jistgħu jużaw Oġġetti Xxerjati Lokalment jew "Flash cookies" biex jaħżnu dejta fil-kompjuter tiegħek. Innota li l-kapaċità li Flash cookies jitħassru tista' jew ma tistax tkun ikkontrollata mis-setting tal-brawżer tiegħek għal cookies standard billi dan jista' jvarja skont il-brawżer. Biex timmaniġġja jew timblokka Flash cookies, mur f'http://www.macromedia.com/support/documentation/en/flashplayer/help/settings_manager.html.
Silverlight Application Storage. Siti tal-web jew applikazzjonijiet li jużaw it-teknoloġija ta' Microsoft Silverlight ukoll għandhom il-kapaċità li jaħżnu dejta billi jużaw Silverlight Application Storage. Biex titgħallem kif timmaniġġja jew timblokka tali ħażna, żur Silverlight.
Microsoft tiġbor ħafna tipi ta' informazzjoni sabiex topera b'mod effettiv u tagħtik kif tista' l-aħjar prodotti, servizzi u esperjenzi.
Niġbru informazzjoni meta tirreġistra, tidħol u tuża s-siti u s-servizzi tagħna. Nistgħu niksbu wkoll informazzjoni minn kumpaniji oħrajn.
Niġbru din l-informazzjoni f'varjetà ta' modi, inkluż minn formoli tal-web, teknoloġiji bħal cookies, illoggjar tal-web u softwer fuq il-kompjuter tiegħek jew tagħmir ieħor.
Microsoft tiġbor ħafna tipi ta' informazzjoni sabiex topera b'mod effettiv u tagħtik kif tista' l-aħjar prodotti, servizzi u esperjenzi. Xi ftit minn din l-informazzjoni tagħtihilna int direttament. Xi ftit minnha niksbuha billi nosservaw kif tinteraġixxi ma' prodotti u servizzi tagħna. Xi ftit minnha hija disponibbli minn sorsi oħrajn li nistgħu nikkombinaw mad-dejta li niġbru direttament. Ikun xi jkun is-sors, nemmnu li huwa importanti li nikkunsidraw dik l-informazzjoni b'attenzjoni u ngħinuk iżżomm il-privatezza tiegħek.
X'niġbru:
Kif niġbru:
Nużaw għadd ta' metodi u teknoloġiji biex niġbru informazzjoni dwar kif tuża s-siti u s-servizzi tagħna, bħal:
Microsoft tuża l-informazzjoni li niġbru biex tħaddem, ittejjeb u tippersonalizza l-prodotti u s-servizzi li noffru.
Nistgħu nużaw ukoll l-informazzjoni biex nikkomunikaw miegħek, pereżempju, biex nagħtuk informazzjoni dwar il-kont tiegħek u navżawk dwar aġġornamenti tas-sigurtà.
U nistgħu nużaw l-informazzjoni biex tgħinna nagħmlu r-reklami li tara fuq is-servizzi appoġġjati mir-reklami aktar rilevanti.
Microsoft tuża l-informazzjoni li niġbru biex tħaddem, ittejjeb u tippersonalizza l-prodotti u s-servizzi li noffru. L-informazzjoni miġbura permezz ta' servizz wieħed ta' Microsoft jista' jiġi kkombinat ma' informazzjoni miksuba permezz ta' servizzi oħrajn ta' Microsoft sabiex tingħata esperjenza aktar konsistenti u personalizzata fl-interazzjonijiet tiegħek magħna. Nistgħu nissupplimentaw dan ukoll b'informazzjoni minn kumpaniji oħrajn. Pereżempju, nistgħu nużaw servizzi minn kumpaniji oħrajn li bihom inkunu nistgħu nidderivaw żona ġeografika ġenerali bbażata fuq l-indirizz tal-IP tiegħek sabiex nippersonalizzaw ċerti servizzi għaż-żona ġeografika tiegħek.
Nistgħu nużaw ukoll l-informazzjoni biex nikkomunikaw miegħek, pereżempju, biex ninfurmawk meta abbonament ikun se jintemm, navżawk meta jkunu disponibbli aġġornamenti tas-sigurtà jew navżawk meta tkun meħtieġa azzjoni biex iżżomm il-kont tiegħek attiv.
Microsoft tipprovdi ħafna mis-siti u s-servizzi tagħna bla ħlas billi huma appoġġjati mir-reklamar. Sabiex dawn is-servizzi jkunu disponibbli sew, l-informazzjoni li niġbru tista' tintuża biex tgħinna ntejbu r-reklami li tara billi nagħmluhom aktar rilevanti għalik.
Għajr kif spjegat f'din id-dikjarazzjoni tal-privatezza, ma niżvelawx l-informazzjoni personali tiegħek lil parti terza mingħajr il-kunsens tiegħek.
Jekk jogħġbok ara Informazzjoni Importanti Oħra dwar il-Privatezza għal dettalji dwar meta nistgħu niżvelaw informazzjoni, inkluż ma' kumpaniji affiljati u bejjiegħa ta' Microsoft; meta meħtieġ mil-liġi jew biex nirrispondu għal proċess legali; biex niġġieldu kontra l-frodi jew inħarsu l-interess tagħna; jew biex nipproteġu l-ħajjiet.
Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar l-ixxerjar jew l-iżvelar tal-informazzjoni personali:
Xi servizzi ta' Microsoft iħalluk tara jew teditja l-informazzjoni personali tiegħek online. Biex tgħin tipprevjeni milli l-informazzjoni personali tiegħek jarawha nies oħrajn, l-ewwel jeħtieġ li tidħol. Il-metodu kif taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek jiddependi fuq liema siti jew servizzi użajt.
Microsoft.com - Tista' taċċessa u taġġorna l-profil tiegħek fuq microsoft.com billi żżur iċ-Ċentru tal-Profili Microsoft.com.
Servizzi ta' Ħlasijiet u Kontijiet ta' Microsoft - Jekk għandek kont ta' Ħlasijiet ta' Microsoft, tista' taġġorna l-informazzjoni tiegħek fuq is-sit tal-web tal-Ħlasijiet ta' Microsoft billi tikklikkja fuq il-links "Informazzjoni Personali" jew "Informazzjoni dwar il-Ħlasijiet".
Microsoft Connect - Jekk int utent reġistrat ta' Microsoft Connect, tista' taċċessa u teditja l-informazzjoni personali tiegħek billi tikklikkja fuq Immaniġġja l-Profil ta' Connect Tiegħek fis-sit tal-web ta' Microsoft Connect.
Windows Live - Jekk użajt is-servizzi ta' Windows Live, tista' taġġorna l-informazzjoni tal-profil tiegħek, tibdel il-password tiegħek, tara l-ID unika assoċjata mal-kredenzjali tiegħek, jew tagħlaq ċerti kontijiet billi żżur is-Servizzi tal-Kont ta' Windows Live.
Profil Pubbliku ta' Windows Live - Jekk ħloqt profil pubbliku fuq Windows Live, tista' wkoll teditja jew tħassar informazzjoni fil-profil pubbliku tiegħek billi tmur fuq il-profil ta' Windows Live tiegħek.
Reklamar tat-Tiftix - Jekk tixtri reklamar tat-tiftix permezz ta' Microsoft Advertising, tista' tara u teditja l-informazzjoni personali tiegħek fis-sit tal-web ta' Microsoft adCenter.
Programmi tal-Imsieħba ta' Microsoft - Jekk int irreġistrat mal-Programmi tal-Imsieħba ta' Microsoft, tista' tara u teditja l-profil tiegħek billi tikklikkja fuq Immaniġġja l-Kont Tiegħek fis-sit tal-web tal-Programmi tal-Imsieħba.
Xbox - Jekk int utent ta' Xbox Live jew Xbox.com, tista' tara jew teditja l-informazzjoni personali tiegħek, inkluż l-informazzjoni dwar ħlasijiet u kontijiet, is-settings tal-privatezza, is-sigurtà online u l-preferenzi għall-ixxerjar tad-dejta billi taċċessa L-Xbox Tiegħi fuq il-console tal-Xbox 360 jew fis-sit tal-web ta' Xbox.com. Għal informazzjoni dwar il-kont agħżel L-Xbox Tiegħi, Kontijiet. Għas-settings ta' informazzjoni personali oħra, agħżel L-Xbox Tiegħi, imbagħad Profil, imbagħad Settings għas-Sigurtà Online.
Zune - Jekk għandek kont ta' Zune jew abbonament għal Zune Pass, tista' tara u teditja l-informazzjoni personali tiegħek f'Zune.net (idħol, aċċess it-tikketta Zune tiegħek imbagħad Il-Kont Tiegħi jew permezz tas-softwer ta' Zune (idħol, aċċessa t-tikketta Zune tiegħek, imbagħad agħżel il-profil Zune.net).
Fil-każ li ma tistax taċċessa d-dejta personali miġbura mis-siti jew is-servizzi ta' Microsoft permezz tal-links t'hawn fuq, dawn is-siti u s-servizzi jistgħu jagħtuk mezzi alternattivi ta' aċċess għad-dejta tiegħek. Tista' tikkuntattja lil Microsoft billi tuża l-formola tal-Web. Inwieġbu t-talbiet għal aċċess jew għat-tħassir tal-informazzjoni personali tiegħek fi żmien 30 ġurnata.
Meta sit jew servizz ta' Microsoft jiġbor informazzjoni dwar l-età, dan jimblokka utenti taħt it-13-il sena jew jikseb kunsens minn ġenitur jew tutur qabel ma t-tfal ikunu jistgħu jużawh.
Meta jingħata l-kunsens, il-kont tat-tfal jiġi kkunsidrat bħal kwalunkwe kont ieħor, inkluż li jkunu jistgħu jikkomunikaw ma' utenti oħrajn.
Il-ġenituri jistgħu jibdlu jew jirrevokaw il-kunsens kif spjegat f'din id-dikjarazzjoni tal-privatezza.
Meta sit jew servizz ta' Microsoft jiġbor informazzjoni dwar l-età, dan jimblokka utenti taħt it-13-il sena jew jitlobhom jiksbu kunsens minn ġenitur jew tutur qabel ma jkunu jistgħu jużawh. Ma nitolbux b'mod intenzjonali lil tfal taħt it-13-il sena biex jipprovdu aktar informazzjoni milli huwa meħtieġ biex nipprovdu s-servizz.
Meta jingħata l-kunsens, il-kont tat-tfal jiġi kkunsidrat bħal kwalunkwe kont ieħor. It-tfal jista' jkollhom aċċess għal servizzi tal-komunikazzjoni bħal posta elettronika, messaġġi fil-pront u bords ta' messaġġi online u jista' jkun li jkunu jistgħu jikkomunikaw liberament ma' utenti oħrajn ta' kull età.
Il-ġenituri jistgħu jibdlu jew jirrevokaw l-għażliet tal-kunsens li jkunu saru qabel, u jaraw, jeditjaw jew jitolbu t-tħassir tal-informazzjoni personali tat-tfal tagħhom. Pereżempju, f'Windows Live, il-ġenituri jistgħu jżuru l-Kont tagħhom, u jikklikkjaw fuq "Permessi tal-Ġenituri".
Ħafna mir-reklamar online fuq is-siti u s-servizzi ta' Microsoft jintwerew minn Microsoft Advertising. Meta nuruk reklami online, inqiegħdu cookie waħda jew aktar sabiex nagħrfu l-kompjuter tiegħek meta nuruk reklam. Maż-żmien, nistgħu niġbru informazzjoni mis-siti fejn naqdu r-reklami u nużaw l-informazzjoni biex tgħinna noffru reklami aktar rilevanti.
Tista' tagħżel li ma tirċevix reklami mmirati minn Reklamar Microsoft billi żżur il-paġna għall-ħruġ tagħna.
Ħafna mis-siti tal-web u s-servizzi online tagħna huma appoġġjati mir-reklamar.
Ħafna mir-reklamar online fuq is-siti u s-servizzi ta' Microsoft jintwerew minn Microsoft Advertising. Meta nuruk reklami online, inqiegħdu cookie persistenti waħda jew aktar fil-kompjuter tiegħek sabiex nagħrfu l-kompjuter tiegħek kull darba li nuruk reklam. Billi noffru reklami fuq is-siti tal-web tagħna stess kif ukoll dawk tal-imsieħba tar-reklamar u pubblikaturi tagħna, nistgħu niġbru informazzjoni matul iż-żmien dwar it-tipi ta' paġni, il-kontenut u reklami li inti, jew oħrajn li qed jużaw il-komjuter tiegħek, żort jew ivviżwalizzajt. Din l-informazzjoni tintuża għal bosta skopijiet, pereżempju, tgħinna nippruvaw niżguraw li ma tarax l-istess reklami l-ħin kollu. Nużaw ukoll din l-informazzjoni biex tgħinna nagħżlu u nuru reklami mmirati li nemmnu jistgħu jkunu ta' interess għalik.
Tista' tagħżel li ma tirċevix reklami mmirati minn Reklamar Microsoft billi żżur il-paġna għall-ħruġ tagħna. Għal aktar informazzjoni dwar kif Reklamar Microsoft tiġbor u tuża informazzjoni, jekk jogħġbok ara d-Dikjarazzjoni tal-Privatezza ta' Microsoft Advertising.
Nistgħu nippermettu wkoll li kumpaniji tar-reklamar ta' partijiet terzi, inklużi netwerks oħrajn tar-reklamar, biex juru reklami fuq is-siti tagħna. F'xi każijiet, dawn il-partijiet terzi jistgħu wkoll iqiegħdu cookies fil-kompjuter tiegħek. Dawn il-kumpaniji bħalissa jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: 24/7 Real Media, adblade, AdConion, AdFusion, Advertising.com, AppNexus, Bane Media, Brand.net, CasaleMedia, Collective Media, InMobi, Interclick, Jumptap, Millennial Media, Nugg.ad AG, Mobclix, Mojiva, SpecificMedia, Tribal Fusion, ValueClick, Where.com, Yahoo!, YuMe, Zumobi. Dawn il-kumpaniji jistgħu joffrulek mod kif toħroġ minn reklamar immirat ibbażat fuq il-cookies tagħhom. Tista' ssib aktar informazzjoni billi tikklikkja fuq l-ismijiet tal-kumpaniji hawn fuq u ssegwi l-links għas-siti tal-web ta' kull kumpanija. Ħafna minnhom huma wkoll membri tal-Inizjattiva tar-Reklamar tan-Netwerks (Network Advertising Initiative) jew l-Alleanza għar-Reklamar Diġitali (Digital Advertising Alliance), li kull waħda jipprovdu mod sempliċi biex toħroġ minn reklamar immirat minn kumpaniji parteċipanti.
Tista' twaqqaf li tasallek posta elettronika promozzjonali futuri minn siti u servizzi ta' Microsoft billi ssegwi l-istruzzjonijiet speċifiċi fil-posta elettronika li tirċievi. Skont is-servizz rispettiv, jista' wkoll ikollok l-għażla li tagħmel għażliet b'mod proattiv dwar kif tirċievi posta elettronika, telefonati, u posta normali promozzjonali għal siti jew servizzi partikolari ta' Microsoft.
Jekk tirċievi posta elettronika promozzjonali mingħandna u tixtieq tieqaf tirċevihom fil-ġejjieni, tista' tagħmel dan milli ssegwi l-istruzzjonijiet f'dak il-messaġġ.
Skont is-servizz rispettiv, jista' wkoll ikollok l-għażla li tagħmel għażliet b'mod proattiv dwar kif tirċievi posta elettronika, telefonati, u posta normali promozzjonali minn siti jew servizzi partikolari ta' Microsoft billi żżur u tidħol fil-paġni li ġejjin:
Dawn l-għażliet ma japplikawx għall-wiri ta' reklamar online: jekk jogħġbok ara t-taqsima "Wiri ta' Reklamar (Ħruġ)" għal informazzjoni dwar dan is-suġġett. U lanqas ma japplikaw għar-riċevuta ta' komunikazzjonijiet obbligatorji tas-servizz li huma meqjusa parti minn ċerti servizzi ta' Microsoft, li tista' tirċievi perjodikament sakemm ma tikkanċellax is-servizz.
Meta tuża servizz bbażat lokalizzat jew karatteristiku, iddentifikat bħala torrijiet taċ-ċellula, u hotspots tal-Wi-Fi, kif ukoll dejta tas-Sistema Pożizzjoni Globali (GPS) dejta tista’ tintbgħat lil Microsoft. Il-Microsoft juża informazzjoni ta’ lokazzjoni biex jipprovdi servizzi li titlob, tippersonalizza l-esperjenza tiegħek u ttejjeb il-prodotti u s-servizza tal-Microsoft.
Ċerti servizzi jistgħu jħalluk tikkontrolla meta l-informazzjoni tal-lokazzjoni tintbgħat lil Microsoft jew issir disponibbli lill-oħrajn. F’ċerti każijiet, informazzjoni ta’ lokazzjoni hija essenzjali għas-servizz u titsta’ titlob li tneħħi l-installazzjoni il-karitteristiku jew ma tkomplix biex tieqaf milli tkompli tibgħat l-informazzjoni tal-lokazzjoni. Irreferi għad-dokumentazzjoni li ġiet mall-apparat tiegħek għal inofrmazzjoni dwar kif titfi l-karatteristiċi tal-lokazzjoni.
Id-Dejta ta' Appoġġ hija l-informazzjoni li niġbru meta tissottometti talba għal appoġġ jew tħaddem riżolvitur awtomatiku, inkluż informazzjoni dwar il-ħardwer, is-softwer, u dettalji oħrajn relatati mal-inċident ta' appoġġ, bħal: informazzjoni tal-kuntatt jew ta' awtentikazzjoni, personalizzazzjoni tas-sessjoni taċ-chat, informazzjoni dwar il-kundizzjoni tal-kompjuter u l-applikazzjoni minn meta seħħet il-problema u matul id-dijanjostika, dejta dwar is-sistema u r-reġistru dwar installazzjonijiet tas-softwer u konfigurazzjonijiet tal-ħardwer, u fajls ta' segwitu tal-iżbalji. Nużaw id-Dejta ta' Appoġġ kif spjegat f'din id-dikjarazzjoni tal-privatezza, u barra dan nużawha biex insolvu l-inċident ta' appoġġ tiegħek u għal skopijiet ta' taħriġ.
L-appoġġ jista' jingħata permezz tat-telefown, bil-posta elettronika, jew chat online. Nistgħu nużaw l-Aċċess Remot (RA), bil-permess tiegħek, biex ninnavigaw fid-desktop tiegħek temporanjament. Konverżazzjonijiet tat-telefown, sessjonijiet taċ-chat online, jew sessjonijiet tal-Aċċess Remot ma' nies professjonisti ta' appoġġ jistgħu jiġu rrekordjati u/jew immonitorjati. Għar-RA, tista' wkoll taċċessa l-irrekorjdar wara s-sessjoni tiegħek. Għaċ-Chat Online jew ir-RA, tista' ttemm sessjoni fi kwalunkwe ħin li tagħżel int.
Wara inċident ta' appoġġ, nistgħu nibagħtulek stħarriġ dwar l-esperjenza tiegħek u x'offrejnielek. Jeħtieġ li ma tagħżilx li tagħmel l-istħarriġ ta' appoġġ b'mod separat minn komunikazzjonijiet oħrajn mibgħuta minn Microsoft, billi tikkuntattja lill-Appoġġ jew permezz tan-nota tal-qiegħ tal-posta elettronika.
Biex tiċċekkja u teditja l-informazzjoni personali tiegħek miġbura permezz tas-servizzi ta' appoġġ tagħna, ikkuntattjana billi tuża l-formola tal-Web tagħna.
Xi klijenti tan-negozju jistgħu jixtru offerti ta' appoġġ avvanzat (pereż. Premier eċċ.). Dawn l-offerti huma koperti mit-termini u l-avviżi tal-kuntratt tagħhom stess.
Id-Dejta tal-pagamenti hija l-informazzjoni li inti tagħti meta tixtri online. Dan jista’ jinkludi n-numru tal-istrument ta’ pagament tiegħek (p.eż., karta tal-kreditu, PayPal), ismek u l-indirizz fejn jintbagħat il-konti, u l-kodiċi tas-sigurtà assoċjata mal-istrument tal-pagament tiegħek (p.eż., l-CSV jew l-CVV). Din is-sessjoni tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar il-kollezzjoni u l-użu tal-informazzjoni tal-pagament tiegħek.
Id-Dejta tal-pagament jintuża biex timla t-tranżazzjoni tiegħek, kif ukoll id-detenzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi. B’appoġġ għal dawn l-użi, Microsoft tista’ taqsam id-Dejta tal-Pagament tiegħek ma’ banek u entitajiet oħra li jipproċessaw tranżazzjonijiet ta’ pagamenti jew servizzi finanzjarji oħra, u għall-prevenzjoni tal-frodi u t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu.
Meta tipprovdi d-Dejta tal-Pagament waqt li tkun illoggjat bil-kont ta’ Microsoft jew tal-organizzazzjoni tiegħek aħna naħżnu dik id-dejta biex tgħinek timla tranżazzjonijiet futuri.
Inti tista’ taġġorna jew tneħħi l-informazzjoni tal-istrument tal-pagament assoċjata mal-kont ta’ Microsoft tiegħek billi tilloggja fuq https://commerce.microsoft.com. Inti tista’ tneħħi l-informazzjoni tal-istrument tal-pagament assoċjat mal-kont tal-organizzazzjoni tiegħek billi tikkuntattja lill-Appoġġ għall-Klijenti. Wara li tagħlaq il-kont tiegħek jew tneħħi strument ta’ pagament, madankollu, Microsoft tista’ żżomm id-dejta tal-istrument tal-pagament tiegħek għal kemm ikun meħtieġ żmien biex titlesta t-tranżazzjoni eżistenti tiegħek, biex tkun konformi mal-ħtiġijiet legali u ta’ rapportat ta’ Microsoft, u għad-detenzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi.
Kont ta' Microsoft (qabel magħruf bħala Windows Live ID u Microsoft Passport) huwa servizz li jħallik tidħol f'prodotti, siti tal-web u servizzi ta' Microsoft, kif ukoll f'dawk ta' msieħba magħżula ta' Microsoft. Meta toħloq kont ta' Microsoft, nitolbuk tagħti ċerta informazzjoni. Meta tidħol f'sit jew servizz li juża kont ta' Microsoft, niġbru ċerta informazzjoni sabiex nivverifikaw l-identità tiegħek f'isem is-sit jew is-servizz, biex nipproteġuk minn użu malizzjuż tal-kont, u nipproteġu l-effiċjenza u s-sigurtà tas-servizz tal-kontijiet ta' Microsoft. Nibagħtu wkoll ċerta informazzjoni lil sit jew servizz li dħalt fihom bil-kont tiegħek ta' Microsoft.
Biex tara dettalji addizzjonali dwar il-kont ta' Microsoft, inkluż kif toħloq u tuża kont ta' Microsoft, kif teditja l-informazzjoni tal-kont, u kif aħna niġbru u nużaw informazzjoni relatata ma' kont ta' Microsoft, jekk jogħġbok ikklikkja fuq Sir Af Aktar.
Kont ta' Microsoft (qabel magħruf bħala Windows Live ID u Microsoft Passport) huwa servizz li jħallik tidħol f'prodotti, siti tal-web u servizzi ta' Microsoft, kif ukoll f'dawk ta' msieħba magħżula ta' Microsoft. Dan jinkludi prodotti, websajts u servizzi bħal dawn li ġejjin:
Kif toħloq kont ta' Microsoft
Tista' toħloq kont ta' Microsoft hawn billi tagħti indirizz elettroniku, password u "provi tal-kont" oħrajn, bħal indirizz elettroniku alternattiv, numru tat-telefown, u mistoqsija u tweġiba sigrieta. Nużaw il-"provi tal-kont" tiegħek għal skopijiet ta' sigurtà biss - pereżempju, biex nivverifikaw l-identità tiegħek fil-każ li ma tkunx tista' taċċessa l-kont tiegħek ta' Microsoft u teħtieġ l-għajnuna, jew biex tirrisettja l-password tiegħek jekk ma tistax taċċessa l-indirizz elettroniku assoċjat mal-kont tiegħek ta' Microsoft. Xi servizzi jistgħu jeħtieġu sigurtà addizzjonali, u f'dawk il-każijiet, tista' tintalab toħloq muftieħ tas-sigurtà addizzjonali. L-indirizz elettroniku u l-password li tuża biex tirreġistra għall-kont tiegħek ta' Microsoft huma l-"kredenzjali" tiegħek li se tuża biex tawtentika man-netwerk tagħna. Barra minn hekk, jiġi assenjat numru tal-ID uniku ta' 64-bit mal-kredenzjali tiegħek li jintuża biex jidentifika l-kredenzjali tiegħek u informazzjoni assoċjata.
Meta toħloq kont ta' Microsoft, nitolbuk ukoll tagħti l-informazzjoni demografika li ġejja: sess; pajjiż; data tat-twelid; u kodiċi postali. Nistgħu nużaw id-data tat-twelid biex nivverifikaw li tfal jiksbu l-kunsens xieraq minn ġenitur jew tutur biex jużaw kont ta' Microsoft, kif meħtieġ mil-liġi lokali. Barra dan, din l-informazzjoni demografika tintuża mis-sistemi tagħna tar-reklamar online biex joffrulek reklami personalizzati dwar prodotti u servizzi li tista' ssib utli, iżda is-sistemi tar-reklamar tagħna qatt ma jirċievu ismek jew l-informazzjoni tal-kuntatt tiegħek. Fi kliem ieħor, is-sistemi tar-reklamar tagħna ma fihomx jew ma jużawx informazzjoni li tista' tidentifikak personalment u direttament (bħal ismek, l-indirizz elettroniku u n-numru tat-telefown tiegħek). Jekk tippreferi li ma tirċevix reklami personalizzati, tista' tirreġistra l-preferenza tiegħek mal-kont tiegħek ta' Microsoft billi żżur din il-paġna sabiex meta tidħol fis-siti tal-web jew fis-servizzi bil-kont tiegħek ta' Microsoft, is-sistemi tar-reklamar tagħna ma joffrulekx reklami personalizzati. Għal aktar informazzjoni dwar kif Microsoft tuża informazzjoni għar-reklamar, jekk jogħġbok ara s-Suppliment dwar il-Privatezza ta' Microsoft Advertising.
Tista' tuża indirizz elettroniku pprovdut minn Microsoft (bħal dawk li jispiċċaw b'live.com, hotmail.com, jew msn.com) jew indirizz elettroniku pprovdut minn parti terza (bħal dawk li jispiċċaw b'gmail.com jew yahoo.com) meta tirreġistra għall-kont tiegħek ta' Microsoft.
Meta toħloq kont ta' Microsoft, nibagħtulek posta elettronika fejn nitolbuk tivverifika li inti s-sid tal-indirizz elettroniku assoċjat mal-kont tiegħek ta' Microsoft. Dan huwa mfassal biex jivverifika l-validità tal-indirizz elettroniku u biex jgħin jipprevjeni li indirizzi elettroniċi jintużaw mingħajr il-permess tas-sidien tagħhom. Wara dan, nużaw dak l-indirizz elettroniku biex nibagħtulek komunikazzjonijiet relatati mal-użu tiegħek ta' prodotti u servizzi ta' Microsoft; nistgħu nibagħtulek ukoll posta elettronika promozzjonali dwar prodotti u servizzi ta' Microsoft kif permess mil-liġi lokali. Għal informazzjoni dwar l-immaniġġjar ta' kif tirċievi komunikazzjonijiet promozzjonali, jekk jogħġbok ara Komunikazzjonijiet.
Jekk tipprova tirreġistra għal kont ta' Microsoft u ssib li individwu ieħor ikun diġà ħoloq kredenzjali bl-indirizz elettroniku tiegħek bħala isem l-utent, tista' tikkuntattjana u titlobna li l-individwu l-ieħor jadotta isem l-utent differenti sabiex int tkun tista' tuża l-indirizz elettroniku tiegħek meta toħloq il-kredenzjali tiegħek.
Kif tidħol f'softwer, siti jew servizzi bil-kont tiegħek ta' Microsoft.
Meta tidħol f'sit jew servizz li juża kont ta' Microsoft, niġbru ċerta informazzjoni sabiex nivverifikaw l-identità tiegħek f'isem is-sit jew is-servizz, biex nipproteġuk minn użu malizzjuż tal-kont, u nipproteġu l-effiċjenza u s-sigurtà tas-servizz tal-kontijiet ta' Microsoft. Pereżempju, meta tidħol, is-servizz tal-kontijiet ta' Microsoft jirċievi u jirreġistra l-kredenzjali tiegħek u informazzjoni oħra, bħan-numru tal-ID uniku ta' 64-bit assenjat mal-kredenzjali tiegħek, l-indirizz tal-IP tiegħek, il-verżjoni tal-brawżer tal-web tiegħek u l-ħin u d-data. Barra dan, jekk tuża kont ta' Microsoft biex tidħol f'tagħmir jew f'softwer li huwa installat fuq tagħmir, tiġi assenjata ID unika każwali għat-tagħmir; din l-ID unika każwali tintbagħat bħala parti mill-kredenzjali tiegħek lis-servizz tal-kontijiet ta' Microsoft meta inti sussegwentement tidħol f'sit jew servizz bil-kont tiegħek ta' Microsoft. Is-servizz tal-kontijiet ta' Microsoft jibgħat l-informazzjoni li ġejja lis-sit jew lis-servizz li dħalt fih: numru tal-ID uniku li jħalli lis-sit jew is-servizz jiddetermina jekk intix l-istess persuna minn sessjoni waħda ta' dħul għall-oħra; in-numru tal-verżjoni assenjat mal-kont tiegħek (jiġi assenjat numru ġdid kull darba li tibdel l-informazzjoni tiegħek tad-dħul); jekk l-indirizz elettroniku tiegħek ġiex ikkonfermat; u jekk il-kont tiegħek ġiex iddiżattivat.
Ċerti siti u servizzi ta' partijiet terzi li jħalluk tidħol bil-kont tiegħek ta' Microsoft jeħtieġu l-indirizz elettroniku tiegħek sabiex jipprovdulek is-servizzi tagħhom. F'dawk il-każijiet, meta tidħol, Microsoft tagħti l-indirizz elettroniku tiegħek iżda mhux il-password għas-sit jew is-servizz. Madankollu, jekk ħloqt il-kredenzjali tiegħek mas-sit jew is-servizz, dan jista' jkollu aċċess limitat għall-informazzjoni assoċjata mal-kredenzjali tiegħek sabiex jgħinek tirrisettja l-password tiegħek jew jipprovdi servizzi oħrajn ta' appoġġ.
Jekk irċevejt il-kont tiegħek minn parti terza, bħal skola, negozju, fornitur ta' servizzi tal-internet, jew l-amministratur ta' dominju mmaniġġjat, dik il-parti terza jista' jkollha drittijiet fuq il-kont tiegħek, inkluż il-kapaċità li tirrisettja l-password tiegħek, tara kif jintuża l-kont tiegħek jew id-dejta tal-profil, tara jew taħżen kontenut fil-kont tiegħek, u tissospendu jew tikkanċella l-kont tiegħek. F'dawk il-każijiet, int suġġett għall-Ftehim tas-Servizz ta' Microsoft u għal kwalunkwe termini tal-użu addizzjonali minn dik il-parti terza. Jekk inti l-amministratur ta' dominju mmaniġġjat u tajt kontijiet ta' Microsoft lill-utenti tiegħek, inti responsabbli għall-attività kollha li sseħħ f'dawk il-kontijiet.
Jekk jogħġbok innota li siti u servizzi li jħalluk tidħol bil-kont tiegħek ta' Microsoft jistgħu jużaw jew jixxerjaw l-indirizz elettroniku tiegħek jew informazzjoni personali oħra li int tagħtihom kif spjegat fid-dikjarazzjonijiet tal-privatezza tagħhom. Madankollu, jistgħu jixxerjaw biss in-numru tal-ID uniku tiegħek mogħti lilhom mis-servizz tal-kontijiet ta' Microsoft ma' partijiet terzi sabiex iwettqu servizz jew tranżazzjoni li jista' jkun tlabt. Is-siti jew is-servizzi kollha li jużaw il-kont ta' Microsoft huma meħtieġa li jkollhom ippubblikata dikjarazzjoni tal-privatezza, iżda aħna ma nikkontrollawx jew ma nimmonitorjawx il-prassi tal-privatezza ta' dawk is-siti, u l-prassi tal-privatezza tagħhom ivarjaw. Għandek taqra sew id-dikjarazzjoni tal-privatezza ta' kull sit li tidħol fih sabiex tiddetermina kif kull sit jew servizz se juża l-informazzjoni li jiġbor.
Tista' taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek billi tmur fil-kont. Tista' tibdel isem l-utent tiegħek jekk il-kont tiegħek ta' Microsoft mhuwiex ta' dominju mmaniġġjat. Dejjem tista' tibdel il-password tiegħek, l-indirizz elettroniku alternattiv, in-numru tat-telefown, u l-mistoqsija u t-tweġiba sigrieta. Tista' wkoll tagħlaq il-kont tiegħek ta' Microsoft billi tmur fil-kont, u mbagħad "Agħlaq il-kont tiegħek." Jekk il-kont tiegħek huwa f'dominju mmaniġġjat, kif spjegat hawn fuq, jista' jkun hemm proċess speċjali biex tagħlaq il-kont tiegħek. Jekk jogħġbok innota li jekk inti utent ta' MSN jew Windows Live, jekk tmur fil-kont, jista' jkun li terġa' tiġi ggwidat lejn dawk is-siti.
Aktar informazzjoni dwar il-kont ta' Microsoft hija disponibbli fis-sit tal-web tal-kont ta' Microsoft.
Sir af aktar dwar
Hawn taħt issib informazzjoni addizzjonali dwar il-privatezza li tista' (jew ma tistax) issib li hija importanti. Ħafna minn dan jispjega prassi komuni li nixtiequk tkun taf dwarhom iżda ma naħsbux li huwa neċessarju li nenfasizzaw f'kull waħda mid-dikjarazzjonijiet tal-privatezza tagħna. U xi ftit minn dan qed jgħid biss dak li huwa ovvju (pereżempju, niżvelaw informazzjoni meta meħtieġ mil-liġi), iżda l-avukati tagħna jgħidulna ngħidu dan xorta waħda. Żomm f'moħħol li din l-informazzjoni mhijiex deskrizzjoni sħiħa tal-prassi tagħna - din hija kollox flimkien mal-informazzjoni l-oħra, aktar speċifika li tinsab fid-dikarazzjonijiet tal-privatezza għal kull prodott u servizz ta' Microsoft li tuża.
F'din il-paġna:
Tqassim u żvelar tal-Informazzjoni Personali Tiegħek
Minbarra kwalunkwe qsim deskritt fid-dikjarazzjoni ta’ privatezza għall-prodott jew servizz li inti qed tuża, il-Microsoft jistgħu jaqsmu jew jiżvelaw tagħrif personali:
Nistgħu wkoll nixxerjaw jew niżvelaw informazzjoni personali, inkluż il-kontenut tal-komunikazzjonijiet tiegħek:
Innota li s-siti tagħna jistgħu jinkludu links għal siti ta' partijiet terzi li jista' jkollhom prassi tal-privatezza differenti minn dawk ta' Microsoft. Jekk tissottometti informazzjoni personali lil kwalunkwe minn dawk is-siti, l-informazzjoni tiegħek hija ggvernata mid-dikjarazzjonijiet tal-privatezza ta' dawk is-siti. Inħeġġuk taqra d-dikjarazzjoni tal-privatezza ta' kwalunkwe sit li żżur.
Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni personali
Microsoft hija impenjata li tipproteġi s-sigurtà tal-informazzjoni personali tiegħek. Nużaw varjetà ta' teknoloġiji u proċeduri tas-sigurtà biex jgħinuna nipproteġu l-informazzjoni personali tiegħek minn aċċess, użu, jew żvelar mhux awtorizzat. Pereżempju, naħżnu l-informazzjoni personali li niġbru fuq sistemi tal-kompjuters b'aċċess limitat u li jinsabu f'faċilitajiet ikkontrollati. Meta nittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali ħafna (bħal numru ta' karta ta' kreditu jew password) fuq l-Internet, aħna nipproteġuh permezz tal-użu ta' ċċifrar, bħall-protokoll tas-Secure Socket Layer (SSL).
Jekk password tintuża biex tgħin tipprotteġi l-kontijiet u l-informazzjoni personali tiegħek, hija r-responsabbiltà tiegħek li żżom il-password tiegħek kunfidenzjali. Tixxerjahiex. Jekk tixxerja kompjuter, dejjem għandek tilloggja 'l barra qabel ma titlaq mis-sit jew mis-servizz biex tipproteġi l-aċċess għall-informazzjoni tiegħek minn utenti sussegwenti.
Fejn inżommu u nipproċcesaw l-informazzjoni
L-informazzjoni personali miġbura mis-siti u s-servizzi ta' Microsoft jistgħu jiġu maħżuna u pproċessati fl-Istati Uniti jew fi kwalunkwe pajjiż ieħor fejn Microsoft jew l-affiljati, is-sussidjarji jew il-fornituri tas-servizz tagħha għandhom faċilitajiet. Il-Microsoft jobdi l-Qafas tal-U.S.-EU Safe Harbor kif ukoll il-Qafas tal-U.S.-Swiss Safe Harbor kif propost mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-US dwar il-kollezzjoni, l-uu iż-zammar tad-dejta mill-Arja Ekonomika Ewropea, u l-Isvizzera. Biex issir taf iżjed dwar il-programm tas-Safe Harbor, u biex tara ċ-ċertifikazzjoni tagħna, jekk jogħġbok żur http://www.export.gov/safeharbor/.
Bħala parti mill-parteċipazzjoni ta’ Microsoft fil-programm Safe Harbor, aħna nużaw lil TRUSTe, terza partiindipendenti, biex insolvu t-tilwim li jkollok magħna rigward il-politiki u l-prattiki tagħna. Jekk tixtieq tikkuntattja lil TRUSTe, żur https://feedback-form.truste.com/watchdog/request.
Microsoft tista' żżomm l-informazzjoni personali tiegħek għal għadd ta' raġunijiet, bħal biex tkun konformi mal-obbligi legali tagħna, issolvi tilwimiet, tinforza l-ftehimiet tagħna, u kemm ikun meħtieġ biex tipprovdi s-servizzi. Biex titgħallem kif taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek, żur L-Aċċess għall-Informazzjoni Tiegħek.
Bidliet għad-Dikjarazzjoni tal-Privatezza tagħna
Aħna kultant naġġorna d-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza tagħna biex jirriflettu l-feedback mill-klijent u bidliet fis-servizzi tagħna. Meta nippubblikaw bidliet għal dikjarazzjoni, nirrevedu d-data tal-"aġġornata l-aħħar" li tinsab fuq nett tad-dikjarazzjoni. Jekk ikun hemm bidliet materjali għad-dikjarazzjoni jew fil-mod kif Microsoft tuża l-informazzjoni personali tiegħek, aħna navżawk jew billi nippubblikaw avviż b'mod prominenti dwar dawn il-bidliet qabel ma jidħlu fis-seħħ jew inkella direttament billi nibagħtulek notifika. Inħeġġuk taqra perjodikament id-dikjarazzjonijiet tal-privatezza għall-prodotti u ss-servizzi li tuża biex issir taf kif Microsoft qed tipproteġi l-informazzjoni tiegħek.
Kif Tikkuntattjana
Microsoft Privacy, Microsoft Corporation, One Microsoft Way, Redmond, Washington 98052 USA
Biex issib sussidjarja ta' Microsoft fil-pajjiż jew fir-reġjun tiegħek, ara http://www.microsoft.com/worldwide/.
Inizjattivi għall-Privatezza FTC
Sigurtà fid-dar
Trustworthy Computing